Waqt laqgħa, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi qabel unanimament li l-art fl-akwati ta’ San Ġwakkin ma’ tintmissx.
Il-Kunsilliera qablu li –
- Il-junction tingħalaq għat-traffiku mill-Mrieħel by-pass. Kemm ir-residenti tal-Blat II kif ukoll l-industrija li topera minn din l-istess area, tagħmel użu mill-aċċessi li diġa jeżistu kemm minn Triq il-Mitħna, Triq il-Kanun u Triq Fleur-de-Lys; u
- Is-Cycling Lane u l-Pedestrian Path għandhom jibnew fuq struttura li tuża l-enġinerija ta’ cantilever.
Il-Kunsill Lokali m’aċċettax li –
- Tittieħed aktar art li hija pulmun għal Ħal Qormi, fic-cirkostanza li llum dan ir-rahal li kien rurali, illum sar prattikament qasam industrijali, maħzen nazzjonali kif ukoll ċentru kummercjali. Il-bżonn ta’ spazji miftuħa għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għan-nies li jgħixu f’Ħal Qormi huma essenzjali għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Min-naħa l-oħra, apparti li bdiewa li jaħdmu l-art, iżommu bis-saħħa ta’ ħidmiethom ambjent viżwalment sabiħ, iżda wkoll, hemm l-għixien tagħhom ipperikolat jekk tittieħed din l-art kollha;
- Il-proposta, kif tqegħdet minn Infrastructure Malta, ghaliex ma jistax jiġi ipperikolat il-proġett tar-rainwater relief li ta nifs lil dawk kollha li jgħixu fil-widien, li sfortunatament illum bl-iżvilupp saru toroq residenzjali