Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-kumpanija Media.link ħeġġet kemm lill-ħaddiema tagħha kif ukoll lit-telespettatturi u s-semmiegħa sabiex jagħtu bħala donazzjoni ikel lill-Caritas Malta.
It-Tlieta, ammont sabiħ ta’ ikel ġie mgħoti lil persuna responsabbli mill-komunikazzjoni tal-għaqda Marica Cassar.
F’messaġġ qasir li għamel ic-Chief Operating Officer ta’ Media.link Karl Gouder stqarr li l-kumpanija tammira ħafna ix-xogħol tal-Caritas u l-għajnuna lil diversi nies u għalhekk ħasset li b’donazzjoni żgħira ta’ ikel il-kumpanija Media.link tkun qed tagħti sehem żgħir sabiex il-Caritas tkompli tgħin eluf ta’ nies fil-bżonn.
//= $special ?>