Permezz ta’ post fuq facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stqarr li wara li l-Prim Ministru ammetta li abbuża mill-poter tiegħu u ndaħal f’materji tat-taxxa… il-mistoqsija tipi weħedha.. “Għalfejn m’għamilx l-istess u ma rrappurtax lill-kollega tiegħu Rosianne Cutajar wara li ġie allegat li ħadet flus tas-senserija?”
Bernard Grech stqarr ukoll li Robert Abela għandu jippubblika r-returns tiegħu tat-taxxa u tal-VAT u jiddikjara wkoll jekk qattx iddiskuta materji tat-taxxa u tal-VAT tiegħu mal-Kummissarju għat-Taxxi Interni.
Finalment Bernard Grech saħaq li Robert Abela “minn fuq joffrilek l-id tal-ħbiberija u minn taħt ikun qed jikkonfoffa kontrik”
