Fil-Vodafone Park ta’ Istanbul, każ stramb li wassal għal tkeċċija seħħ fil-partita mill-Kampjonat tat-Turkija, Super Liga bejn Besiktas u Sivasspor.
Besiktas kienu marru fil-vantagg kmieni fil-partita permezz ta’ Guven Yalcin bil-ballun minn cross seta’ qabeż il-linja. Ir-referee Arda Kardesler iżda kkonvalida l-gowl.
F’mument meta Hakan Arslan kien ammonit minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, mal-protesti kiseb telefon cellulari fejn wera lir-referee li l-ewwel gowl kien qabeż il-linja.
Mal-protesti li tkomplew Kardesler ma kellu ebda alternattiva ħlief li jkecci lil Arslan captain ta’ Sivasspor. Eventwalment il-partita intrebħet bl-iskor ta’ 3 – 0 għal Besiktas.
//= $special ?>