Hekk kif l-istaġun tas-Serie A jinsab wieqaf minħabba l-perjodu tal-festi, sar sondaġġ bejn il-kowċis kollha tas-Serie A dwar min jaħsbu li se jirbaħ il-kampjonat Taljan din is-sena, bil-maġġoranza jsostnu li Inter huma l-favoriti li jirbħu s-Serie A dan l-istaġun.
Interessanti l-fatt li anke l-kowċ ta’ Milan Stefano Pioli li jinsabu fl-ewwel post ivvota li Inter se jirbħu l-kampjonat dan l-istaġun. Fil-preżent, Milan jinsabu fl-ewwel post tal-kampjonat b’34 punt segwiti minn Inter bi 33 punt.
//= $special ?>