L-attakkant Pollakk Robert Lewandowski u t-tennista Ġappuniża Naomi Osaka rebħu l-unur AIPS l-Aqwa Atleti tas-Sena 2020. Bayern Munich rebħu l-unru tal-aqwa tim.
Dan ir-riżultat ħareġ wara votazzjoni minn panel ta’ 422 ġurnalist minn 116 -il pajjiż madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel darba kemm għal Lewnadowski kif ukol għal Osaka li rebħu dan l-unur prestiħjuż. Lewandowski għeleb l-isfida tas-sewwieq Ingliż tal-Formula 1 Lewis Hamilton u t-tennista Spanjol Rafael Nadal.
Osaka minn naħa tagħha għelbet l-isfida tal-atleta mill-Venezwela Yulimar Rojas u t-tennista Amerikana Serena Williams.
Bayern Munich kisbu l-akbar ammont ta’ voti u kienu segwiti minn Liverpool u LA Lakers.
//= $special ?>