Fl-Istati Uniti għadha għaddejja l-investigazzjoni dwar l-isplużjoni ta’ camper-van fil-belt ta’ Nashville li seħħet f’Jum il-Milied u li rriżultat f’mewta ta’ raġel u numru ta’ midruba.
L-aggressur li wettaq l-isplużjoni kien identifikat bħala Anthony Quinn Warner li kien impjegat bħala konsulent fil-qasam tal-kompjuters u meta l-investigaturi qed jagħmlu li jistgħu biex isibu l-iskop wara l-azzjoni.
Quinn Walker kien l-uniku vittma tal-isplużjoni, bir-rekords juru li l-uniku reat preċedenti tiegħu kien imur lura għall-1978 meta hu kien instab fil-pussess ta’ kwantità ta’ ħaxixa.
L-investigaturi marru fid-dar ta’ Quinn Warner u anki tkellmu man-nies fil-kumpanija fejn kien jaħdem iżda jidher li għad hemm ħafna aspetti li għadhom qed jistennew spjegazzjoni ċara. Dan meta ma jidhirx li l-isplużjoni qed tkun trattata bħala xi każ terroristiku.
//= $special ?>