Internazzjonali Lokali

Tiftakar meta Pierre Cardin ġie Malta?

Hekk kif aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tal-istilista Pierre Cardin, ħafna kienu dawk li ftakru f’meta Cardin kien ġie Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Terminal il-ġdid f’pajjiżna fl-1992.

Cardin kien tella’ sfilata tal-moda haute couture f’din l-okkażjoni.

Ir-rappurtaġġ ta’ in-Nazzjon fl-okkażjoni taż-żjara ta’ Cardin
Is-Sunday Times tirraporta wkoll

L-istilista li ħafna jaħsbuh Franċiz, twieled Pietro Costante Cardino fit-2 ta’ Lulju tal-1922, iżda ħa ċ-ċittadinanza Franċiża b’mod naturali.

Hu miet fl-età ta’ 98 sena u kien magħruf għall-istil avant-garde tiegħu u d-disinji spazjali.