Sport Sport Ieħor

Vanderlov impressjonanti fil-finali ewlenija

Is-seba' tiġrija (Ritratt: Malta Trot Racing)

Kenneth Vella

It-Tnejn filgħaxija fil-korsa tal-Marsa nieżel is-siparju fuq l-istaġun straordinarju 2020 tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan permezz tat-52 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Ħamsa minn dawn it-tiġrijiet kienu finali minn sensiela ta’ kampjonati għal żwiemel Francizi organizzati mill-Malta Racing Club bl-għajnuna tal-assoċjazzjoni Franciza Le Trot. Dawn il-finali saru fuq distanza twila ta’ 2640m, b’dik ewlenija, il-Prix De Vincennes għal żwiemel tal-klassi Premier tintrebaħ mill-favorit Vanderlov ta’ Melvin Farrugia.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Hawnhekk, Andante (Clint Vassallo) li kien l-aktar veloċi wara l-bidu uffiċjali u li mexxa lill-kumplament taż-żwiemel għal parti twila tad-distanza, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Vanderlov (Melvin Farrugia) li ha s-sitt rebħa tas-sena u t-tielet waħda konsekuttiva faċilment minn Alf De Melandre (Rodney Gatt). Andante kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Alcibiade (Patrick Spiteri) u Banco De L’Iton (Michael Ellul).

Fil-finali tal-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, Tonio Du Vivier (Charles Camilleri) iddomina tul id-distanza u rnexxilu jieħu t-tielet rebħa staġjonali faċilment b’distakk ta’ tmien tulijiet minn Tsunami (Gilbert Farrugia) u Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said). Aravis Roc (Rodney Gatt) u Baltic Sautreuil (Cliferty Calleja) dahlu warajhom f’dik l-ordni.

Il-prezentazzjoni lis-sidien u lis-sewwieqa rebbieħa kollha tmexxiet mic-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg.

Intant l-istaġun 2021 mistenni jibda s-Sibt 23 ta’ Jannar.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gaz Heuveland (P. Galea) Ħin – 2.51.5” (1.20.1”) 2. Crack Des Lanciers (R. Gatt) 3. Ladie Julie Ann (M. Debono) 4. Alfa Dream (J. Gafa’)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Diego JYL (J. Zahra) Ħin –  NTR 2. Aigle Du Clos (B. Debono) 3. Mundus L.N. (N. Baldacchino) 4. Lillen Sisu (J. Briffa)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m.1. Daytrader U.M. (J. Vassallo) Ħin – 2.47.3” (1.18.3”) 2. Doneisdone (N. Baldacchino) 3. Calin Du Reynard (R. Gatt) 4. Boko Won (C. Calleja)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Tom Des Rivieres (C. Calleja) Ħin – 2.44” ( 2. Belicio Wild (C. Degiorgio) 3. Brin De Noblesse (R. Gatt) 4. Apollo De Souvigne (A. Curmi)

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Baqualito Mag (N. Baldacchino) 3. Vick De La Nade (M. Debono) 4. Demon De Babel (J. Gafa’)

VI Tiġrija. Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Firstly Light (N. Baldacchino) 3. Ernest Des Angles (C. Gauci) 4. Querby Du Gite (N. Barbara) 5. Facile First (N. Baldacchino)

VII Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Derby Chevaleraie (C. Camilleri) Ħin – 3.21.8” (1.16.5”) 2. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Concerto Cehere (C. Calleja) 5. Crystal Girl (E. Attard)  

VIII Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Amuse Nous (R. Gatt) 3. Apache Reyor (C. Camilleri) 4. Guarda (M. Mifsud) 5. Vizir Des Jacquets (J. Gafa’) 

IX Tiġrija. Finali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Tonio Du Vivier (C. Camilleri) Ħin – 3.19.2” (1.15.4”) 2. Tsunami (G. Farrugia) 3. Chemsak Vedaquais (J. Said) 4. Aravis Roc (R. Gatt) 5. Baltic Sautreuil (C. Calleja) X Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vanderlov (M. Farrugia) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Alf De Melandre (R. Gatt) 3. Andante (C. Vassallo) 4. Alcibiade (P. Spiteri) 5. Banco De L’Iton (M. Ellul)