“L-Oppożizzjoni se tkompli tisħaq għal aktar sigurtà fil-miżuri li qegħdin jittieħdu kemm sabiex nevitaw importazzjoni ta’ infezzjonijiet ġodda kif ukoll trasmissjonijiet lokali. Is-saħħa pubblika għanda tkun ta’ prijorità assoluta u l-ħarsien ta dawk vulnerabbli, morda u anzjani osservata bl-aħjar mod possibbli.”
Kienet din l-istqarrija maħruġa minn COVID Action Team PN wara li llum ġie mħabbar li f’pajjiżna ġie rreġistrat l-ewwel każ tal-varjant tal-COVID-19 li huwa aktar infettiv u trasmess minn persuna għal oħra. Din qed toħloq sfida akbar fil-kontroll ta’ din il-pandemija.
L-istqarrija tkompli tgħid li l-Gvern għandu jassigura responsabbilta’ fl-osservazzjoni tar-regolamenti maħruġin mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Pressjoni fuq servizzi u l-kura tas-saħħa, li tista’ twassal għal riperkussjoniet fuq il-pazjenti trid tiġi evitata fuq kollox anke fuq il-frontliners li qegħdin jaħdmu b’tant dedikazzjoni u sagrifiċċju.
//= $special ?>