Is-sena 2020 se tibqa tissemma’ minħabba l-pandemija tal-coronavirus, sena li ġabet sfidi kbar f’kull qasam kif ukoll fl-isport. Minkejja l-pandemija, Badminton Malta xorta rnexxielha torganizza għadd ta’ kompetizzjonijiet.
L-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun rat numru ta’ parteċipanti minn klabbs varji fejn fil-kategorija tan-nisa, Francesca Clark u Sarah Fava kienu superjuri fuq l-avversarji kollha tagħhom fejn fil-finali għelbu lill-isfidanti Fiorella Marie Sadowski u Michaela Ellul.
Fil-kategorija tal-irġiel, fil-finali Owen Grech u Mark Abela rebħu l-ewwel partitia 21-14 kontra Stephen Ferrante u Aldo Polidano li rrispondew billi rebħu t-tieni partita 21-18.. Grech u Abela rnexxielhom jirbħu l-aħħar partita 21-18.
Fil-Mixed Doubles Ranking Tournament, Mark Abela u Sarah Fava għelbu lil Aldo Polidano u Lauren Azzopardi 21-14, 21-11.
L-akkademja Nazzjonali tissaħħaħ biż-żieda ta’ Derek Talbot, eks-rebbieħ tal-All England
Derek Talbot, wieħed mill-iktar plejers ta’ suċċess fl-istorja tal-Badminton Ingliż, ingħaqad mal-iSportMalta Badminton Malta Academy bħala kowċ. L-iżvilupp ta’ din l-akkademja kien ta’ prijorita’ għall-Badminton Malta u dan il-pass se jkompli jsaħħaħ din l-akkademja għall-futur.
Talbot għandu esperjenza vasta fil-Badminton: Rebaħ il-midalja tal-fidda fil-Mixed Doubles fil-World Championships kif ukoll rebaħ il-kampjonat prestiġġjuż dinji tal-All England għal tliet darbiet, fost suċċessi oħra. Talbot issa huwa ħerqan biex jgħaddi l-esperjenza vasta tiegħu lill-atleti Maltin biex dawn ikomplu jtejbu il-livell tagħhom fil-logħba.
Owen Grech, President ta’ Badminton Malta wera is-sodisazzjon tiegħu li Badminton Malta irnexxielha tatratta dan l-eks atleta hu jinsab ċert li Talbot se jkun influwenza pożittiva u inspirazzjoni għall-atleti lokali.
Fidda għal Matthew Abela fil-Valby Open (Sen A) fid-Danimarka
Wara li temporanjament is-Centre of Excellence fid-Danimarka kien magħluq minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja, Matthew Abela u Sam Cassar irritornaw għat-taħriġ f’dan l-istess ċentru. Abela u Cassar kellhom bidu sodisfaċenti fil-logħob tat-timijiet rispettivi fil-kampjonat Daniż. Apparti dan, Matthew Abela irnexxielu jakkwista t-tieni post f’tournament lokali Daniż, il-Valby Open. Irnexxielu wkoll jasal sas-semi finali fil-Men’s Doubles. Minn naħa tiegħu Cassar kien Malta għal ftit żmien biex jmexxi Training Camp li fih qasam ma’ sħabu l-esperjenza u it-teknika li tgħallem mill-kowċis tiegħu.
Junior National Championships
Badminton Malta organizzat l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior National Championships, b’kategoriji differenti biex tingħata l-aqwa opportunita’ lill-plejers żgħar. Intlagħbu tmien kategoriji fejn Jeremy Mark Gatt rebaħ il-kategoriji Singles ta’ taħt it-tlettax u l-ħmistax-il sena kif ukoll il-Mixed Doubles flimkien ma’ Emily Abela. Martina Clark rebħet il-kategorija Singles femminili. Francesca Clark kellha prestazzjoni mill-aqwa f’dawn il-kampjonati u rnexxielha tirbaħ il-kategoriji kollha tal-etajiet tagħha. Hija rebħet il-kategoriji Singles ta’ taħt is-sbatax u dsatax-il sena u id-Doubles ta’ taħt is-sbatax u dsatax-il sena flimkien ma’ Eleanor Abela.
Staġun b’potenzjal qawwi minkejja l-isfidi – Owen Grech, President ta’ BM
Badminton Malta wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-bidu ta’ dan l-istaġun u Owen Grech, President ta’ Badminton Malta qal li hemm iktar proġetti u inizjattivi ġejjin.
“Li tilħaq il-mitt membru wara ftit gimgħat mill-ftuħ tal-istaġun il-ġdid jagħtina iktar enerġija biex inkomplu naħdmu u biex ikollna staġun ieħor ta’ suċċess minkejja l-isfidi li qed ittina il-COVID-19. Nirringrazzjaw lil SportMalta, ‘l-Kumitat Olimpiku Malti u il-partners kollha tagħna għas-sapport kontinwu tagħhom.
//= $special ?>