Għaddew ftit aktar minn 54 sena minn meta grupp ta’ plejers irnexxielu jikteb l-istorja għall-Ingilterra hekk kif rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1966.
Din is-sena mis-sajf li għadda sa llum mietu żewġ plejers, Nobby Stiles u Jack Charlton. B’kollox minn dan it-tim ħames plejers qabdithom id-dimensja b’erba’ minnhom imutu fosthom Stiles u Charlton.
L-ewwel plejer li qabditu d-dimensja kien Ray Wilson fl-2018. It-tifel ta’ wieħed mill-vittmi, Jack Stiles bħalissa qiegħed imexxi kampanja sabiex iħeġġeġ l-awtoritajiet tal-futbol fl-Ingilterra biex isir studju fid-dettall bejn li wieħed jagħti bir-ras waqt logħba futbol u d-dimensja.
Fl-2019, l-Università ta’ Glasgow għamlet studju fejn uriet li l-plejers tal-futbol huma tliet darbiet u nofs aktar f’riskju li jiżviluppaw id-dimensja minn dawk li ma jilgħabux futbol.
Studju ieħor li sar minn waħda mill-aġenzji ewlenin tal-midja fl-Ingilterra fejn ikkumparaw it-timijiet kollha li l-Ingilterra lagħbet sal-finali tal-1966 wera, li l-Urugwaj, Franza u l-Arġentina ma’ għandhom l-ebda plejer li qabditu d-dimensja filwaqt li l-Ġermanja tal-Punent, il-Portugall u l-Messiku kellhom każ wieħed biss bit-tim Ingliż ikollu ħames plejers.
L-FA Ingliża qalet li tinsab kontiwament f’diskussjonijiet ma’ esperti mediċi dwar din il-kwistjoni.
//= $special ?>