Coronavirus Internazzjonali

Il-vaċċin ta’ Oxford/AstraZeneca approvat għall-użu fir-Renju Unit

It-tilqima ta’ Oxford/AstraZeneca ġiet approvata għall-użu fir-Renju Unit dan wara li fil-ġimgħat li għaddew il-vaċċin Pfizer/BioNTech kien beda jingħata f’dan il-pajjiż.

Il-vaċċin kien żviluppat fl-Università ta’ Oxford bl-għajnuna tal-kumpanija Żvediża AstraZeneca.

F’kummenti li għadda dalgħodu l-Ministru tas-Saħħa Brittaniku, Matt Hancock qal li dan il-vaċċin se jibda jingħata fl-4 ta’ Jannar u żgur mhux forsi li se jgħin biex il-virus ikun ikkontrollat.