Internazzjonali

Is-Senat tal-Arġentina japprova l-Liġi tal-Abort

Is-Senat f'Buenos Aires.

Il-membri tas-Senat fl-Arġentina approvaw il-Liġi tal-Abort wara sessjoni maratona fil-bini tal-Kungress. Il-vot għadda bi 38 favur u 29 kontra. Kien hemm ukoll astensjoni waħda.

Din il-liġi l-ġdida issa tippermetti li jsiru aborti ta’ trabi sa 14-il ġimgħa tat-tqala. Sal-lum il-ġurnata, il-liġi kienet tippermetti biss abort f’każ ta’ stupru.

Il-Knisja Kattolika fl-Arġentina kienet wasslet appell qawwi lis-Senaturi biex jivvutaw kontra. Iżda uħud minn dawk li kienu indeċiżi, xorta spiċċaw jivvutaw favur.