Futbol Sport

It-tieni draw konsekuttiv għal Liverpool

(Ritratt: EPA)

Liverpool ġew miżmuma għat-tieni partita konsekuttiva fi draw ta’ 0-0. Wara li fl-aħħar partitia temmew fi draw ta’ 1-1 kontra WBA, illejla kienu miżmuma fi draw minn Newcastle. It-tim ta’ Jurgen Klopp kien dominanti tul il-partita kollha fejn ħolqu bosta opportunitajiet ta’ skor permezz tal-attakkanti Mohamed Salah u Sadio Mane, bid-difiża ta’ Newcaslte u l-gowlkiper Karl Darlow ikunu fl-aqwa forma biex iċaħħdu lil Liverpool mit-tliet punti.

Tottenham kontra Fulham posposta

Il-partita li kellha tintlagħab ilbieraħ bejn Tottenham u Fulham kellha tiġi posposta minħabba numru ta’ każijiet pożittivi għall-coronavirus fit-tim ta’ Fulham. Skond il-midja Ingliża il-Premier League kienet f’diskussjonijiet mal-klabbs dwar il-possibilita’ ta dak li huma qed isejħu bħala ‘circuit breaker’. Din l-aħbar ħolqot opinjonijiet kuntrastanti bejn il-kowċis tat-timijiet tal-Premier League. Sadanittant fi stqarrija il-Premier League ċaħadet li kien hemm xi diskussjonijiet dwar il-waqfa ta’ ġimgħatejn filwaqt li saħaqet li l-kampjonat Ingliż se jitkompla kif pjanat.

PREMIER LEAGUE
It-Tnejn
: Crystal Palace v Leicester 1-1, Chelsea v Aston Villa 1-1, Everton v Man City posp. Ilbieraħ: Brighton v Arsenal 0-1, Burnley v Sheff. United 1-0, Southampton v West Ham 0-0, WBA v Leeds 0-5, Man Utd v Wolves 1-0 Illum: Tottenham v Fulham posp., Newcastle v Liverpool 0-0