Coronavirus Lokali Saħħa

L-ewwel każijiet tal-varjant f’pajjiżna

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ Tweet ħabbar li f’Malta hawn il-każijiet tal-varjant tal-Covid-19.

Huwa kiteb li dawn il-każijiet jinsabu iżolati u fi kwarantina.

Il-Professur Gauci ħabbret 3 każijiet tal-varjant bit-tielet każ rreġistrat tal-varjant il-ġdid tal-Coronavirus kien ta’ anzjana ta’ 75 sena u l-awtoritajiet bħalissa għaddejjin bl-investigatzzjonijiet biex jaraw minn fejn il-mara ħadet dan il-varjat tal-virus – iż-żewġ każijiet l-oħra huma barranin li kienu ġew mir-Renju Unit fid-19 ta’ Diċembru.

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru kienu ġew sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit għajr għall-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll persuni oħra residenti Malta li preżentament jinsabu fl-Ingilterra, Wales, Skozja u l-Irlanda ta’ Fuq.