L-MFA tħabbar tibdil fil-partiti skedati f’xi kampjonati fosthom il-BOV Premier.
Fi stqarrija, l-MFA ħabbret li se jkun tibdil f’xi partiti skedati għall-ġimgħatejn li jmiss. Dan minħabba li xi klabbs esperjenzaw xi każijiet pożittivi marbuta mal-coronvirus fosthom Gudja United mill-Kampjonat BOV Premier u Pembroke Atleta mill-BOV Challenge League.
It-tibdil fil-partiti skedati huwa dan:
BOV PREMIER LEAGUE: Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021: Centenary Stadium: Hibernians vs Senglea Athletic 2.00pm BOV CHALLENGE LEAGUE: It-Tlieta 5 ta’ Jannar 2021: Victor Tedesco Stadium: Mqabba vs San Ġwann 8.00pm, Centenary Stadium: Fgura United vs Marsa 9.00pm L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021: Victor Tedesco Stadium: Qrendi vs Swieqi United 8.00pm, It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021 Victor Tedesco Stadium: Pietà Hotspurs vs Naxxar Lions 9.15pm
//= $special ?>