Coronavirus Futbol Sport

Posposta l-partita bejn Tottenham u Fulham

(Ritratt: EPA)

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mill-Premier League bejn Tottenham u Fulham ġiet posposta minħabba numru ta’ każijiet pożittivi ta’ coronavirus fl-iskwadra ta’ Fulham.

Din kienet it-tieni partita mis-sittax -il ġurnata li kienet pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus wara dik ta’ nhar it-Tlieta bejn Manchester City u Everton. Bħalissa l-Ingilterra qed taffaċċja waħda mill-agħar perjodi matul il-pandemija tal-coronavirus b’għadd ta’ każijiet ġodda kif ukoll bir-rata tan-nies li qed jiddaħlu l-isptar dejjem tiżdied.