Coronavirus Internazzjonali

Pressjoni fuq l-isptarijiet fir-Renju Unit

Pressjoni kbira fuq l-isptarijiet fir-Renju Unit hekk kif il-każijiet tal-Coronavirus komplew tilgħin b’rata allarmanti.

Is-sitwazzjoni fiż-żona ta Essex kompliet tiggrava dan hekk kif l-NHS ħabbret li l-każijiet qed ikunu ta’ piż kbir fuq il-ħaddiema tas-saħħa. L-NHS qalet li preżentament il-każijiet f’din iz-zona jaqbżu n-numru li kien hemm fl-ewwel mewġa tal-imxija fil-bidu ta’ din is-sena.

Kelliema tas-saħħa qalu li fl-isptar ta’ Southend University ma fadalx aktar sodod, u kif ukoll numru ta’ ħaddiema tas-saħħa wkoll mardu bil-virus, b’hekk is-sitwazzjoni hija daqstant gravi.

Bħalissa madwar 24 miljun persuna fir-Renju Unit, 43% tal-populazzjoni jinsabu f’Tier 4.