Mat-tokki ta’ nofsilejl, appena tibda s-sena l-ġdida… 12-il lokalità f’Malta se jkunu qed jiċċelebraw bidu ta’ sena ġdida flimkien hekk kif ingħaqdu biex itellgħu spettaklu… li l-għan tiegħu hu li jagħti tama għas-sena 2021.
Din l-attività, se tittella’ mill-Reġjun Tramuntana u għalhekk Net News tkellem mal-President, Anthony Mifsud.
Il-President tal-Reġjun Tramuntana qal li din se tkun qed titniżżel fil-kalendarju annwali.
Preżenti waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Karl Gouder li spjegalna l-importanza ta’ attività bħal din.
Preżenti wkoll kien hemm għadd ta’ deputati miż-żewġ naħat tal-kamra u kunsilliera tal-Partit Nazzjnalista.