Futbol Sport

Taqtiegħa bejn Ħamrun u Sliema għar-rebħ tal-kampjonat?

(Ritratt: Domenic Aqulina)

Hekk kif il-Kampjonat BOV Premier jinsab wieqaf minħabba l-perjodu tal-festi, fil-preżent Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans jinsabu fil-quċċata tal-klassifika bl-istess ammont ta’ punti, 28 punt.

Ħamrun u Sliema huma l-aktar żewġ timijiet li kienu konsistenti dan l-istaġun b’Ħamrun ikunu l-aktar tim li skorjaw s’issa b’35 gowl u għandhom ukoll l-aħjar difiża hekk kif qalaw l-inqas gowls.

Fit-tielet post żewġ punti anqas minn Ħamrun u Sliema hemm Hibernians b’26 punt li kienu wkoll wieħed mit-timijiet konsistenti dan l-istaġun. Mosta jinsabu fir-raba’ post bi 23 punt segwiti minn Gżira United bi 22 punt.

Birkirkara li fl-aħħar partiti rnexxielhom jirkupraw wara l-bidu negattiv li kellhom f’dan l-istaġun. Santa Lucia jinsabu fis-seba’ post b’21 punt daqs Birkirkara segwiti minn Gudja United u Valletta b’20 punt, b’dawn tal-aħħar fl-aħħar jiem jaħtru kowċ ġdid lill-Portugiż Antonio Jose Cardoso Mendes wara r-riżenja ta’ Jesmond Zerafa.

Iċ-champions Floriana li dan l-istaġun ma kienx bħal dak li għadda, wkoll kellhom bidla fit-tmexxija fejn wara r-riżenja tal-President, ftit tal-jiem ilu rriżenja wkoll il-kowċ Enzo Potenza biex minfloku ħa t-tmexxija ta’ Floriana l-eks kowċ nazzjonali Malti John Buttigieg.

Sirens jinsabu fil-ħdax -il post tal-klassifika b’16 -il punt fejn ukoll fl-aħħar ġimgħat kellhom bidla fit-tmexxija fejn il-klabb ħatar lil Giovanni Tedesco bħala l-kowċ tal-klabb minflok Steve D’ Amato.

Fit-tnax u fit-tlettax-il post hemm Balzan u t-tim neo-promoss Żejtun Corinthians bi 12-il punt. Fil-preżent Balzan jinsabu għaddejijin minn fażi negattiva hekk kif ilhom ma jirbħu tmien partiti. Żejtun minekjja li offrew sfida lil kull tim fl-ewwel staġun tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier tilfu għadd ta’ punti f’partiti li setgħu ħarġu b’punt.

Tarxien Rainbows jinsabu fl-erbatax -il post bi tmien punti segwiti mit-tim neo-promoss Lija Athletic b’sitt punti. Fil-qiegħ tal-klassifika, Senglea Athletic b’żewġ punti biss.

KAMPJONAT BOV PREMIER

Partiti li jmiss: It-Tlieta: Hibernians Stadium: Sirens v Birkirkara 5.00pm, Valletta v Ħamrun Spartans 9.00pm Centenary Stadium: Balzan v Santa Lucia 5.00pm, Gudja United v Hibernians 9.00pm L-Erbgħa 6 ta’ Jannar: Gżira United v Senglea Athletic 5.00pm, Sliema Wanderers v Mosta 9.00pm Il-Ħamis 7 ta’ Jannar: Żejtun Corinthians v Tarxien Rainbows 5.00pm, Floriana v Lija Athletic 9,00pm