Persuni u kumpaniji qrib ħafna tal-Partit Laburista ngħataw b’aktar minn 2 miljun ewro f’direct orders mill-Ministeru tal-Arti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Madankollu, l-informazzjoni dwar dawn ħarġet biss Lejlet il-Milied fil-Gazzetta tal-Gvern.
Fost dawk li gawdew mid-direct orders mogħtija minn Dipartimenti u sezzjonijiet differenti fi ħdan il-Ministeru mmexxi minn Jose Herrera, hemm l-eks Sindku Laburista Natius Farrugia, li ngħata 10,000 ewro biex jipprovdi konsulenzi lill-Kunsill tal-Arti fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Kunsilli Lokali.
Fil-lista tal-’magħżulin’ hemm ukoll il-kumpanija Besteam Audio, li tieħu ħsieb is-sound fl-attivitajiet tal-Partit Laburista, u anke persuni qrib iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Albert Marshall, li min-naħa tiegħu wkoll spiċċa jmexxi lil dan il-Kunsill wara li kien għal żmien imexxi l-media Laburista.
Fil-fatt, mill-Kunsill tal-Arti biss ingħataw 350,000 ewro f’direct orders. Fosthom lil Sean Buhagiar, li ngħata 25,000 ewro bħala d-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta. U lil Tyson Fenech, li hu Kordinatur tal-Ministeru tas-Saħħa b’pakkett finanzjarju ta’ 40,000 ewro fis-sena, iżda li ntagħżel ukoll biex jagħti servizzi ta’ konsulenza fil-Kunsill b’paga ta’ 10,000 ewro oħra fis-sena.
Min-naħa tagħha, Festivals Malta ħarġet bi 321,000 ewro f’direct orders matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Anke hawn, Sean Buhagiar intagħżel għal 10,000 ewro oħra f’direct order biex jipprovdi konsulenza lil din is-sezzjoni. U Sandro Kitcher, li wkoll kien jaħdem fil-media Labursta, ingħata direct orders ta’ 8,000 ewro kull wieħed bħala Technical Manager.
//= $special ?>