Din is-sena, il-Festa Ċitru 2021 fi ħdan il-Palazz ta’ Sant’ Anton ser ikun qed isir f’format adattat għaċ-ċirkostanzi attwali fl-isfond tal-imxija tal-pandemija tal-Covid-19.
Il-President ta’ Malta, George Vella, flimkien mas-Sinjura tiegħu – żaru lill-ħaddiema tal-Palazz waqt il-qtugħ tal-frott taċ-ċitru mill-masġar tal-istess Palazz bi tħejjija għall-festa annwali ta’ din is-sena.
Il-format ta’ din l-edizzjoni ser ikun differenti mis-snin ta’ qabel sabiex kollox ikunu konformi mal-linji gwida skont l-awtoritajiet tas-saħħa. Għaldaqstant minflok minn fiera, il-prodotti ser ikunu qed jinbiegħu minn The President’s Kitchen Garden f’Ħ’Attard
Intant, is-Sinjura Miriam Vella spjegat kif instabet alternattiva kif il-pubbliku xorta waħda jkun jista’ jgawdi ċ-ċitru Malti, filwaqt li fl-istess ħin jgħin lil min hu fil-bżonn.
Il-bejgħ ser jingħata bidu minn nhar is-Sibt, 2 ta’ Jannar sakemm ma jispiċċaw il-ħażniet. Id-dħul kollu minn din l-inizjattiva annwali se jmur b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation.
//= $special ?>