Għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-Festa ta’ 55 sena Ġenerożità fejn il-Ġimgħa – fl-Ewwel Jum tas-Sena – jinġabru fondi tant meħtieġa għad-Dar tal-Providenza biex tkompli toffri servizzi residenzjali lill-persuni b’diżabbiltà.
Il-flus li se jinġabru se jmorru biex iwieġbu għall-bżonnijiet individwali tal-persuni b’diżabbiltà li jgħixu f’dawn id-djar, li jammontaw għal 115-il persuna, kif ukoll għal diversi proġetti, fosthom il-ftuħ ta’ Dar ġdida u xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Il-Festa ta’ Ġenerożità se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni – fosthom NET Television – bejn nofsinhar u nofsillejl.
Hu spjega li din is-sena ma ntramatx it-tinda fid-Dar tal-Providenza, iżda se jkun hemm ‘drive-through’ fejn wieħed ikun jista’ jmur, jibqa’ fil-karozza u jagħti d-donazzjoni tiegħu
Fid-9.30 ta’ filghodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi Quddiesa fil-Kappella tad-Dar u matul is-sigħat kollha, wieħed se jkun jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu bit-telefon, iżda wkoll b’Paypal, bil-BOV Pay, bl-internet banking u anke bil-bank transfers.
NET News tkellem mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, li appella lill-poplu kollu biex jagħti sehmu f’din il-Maratona, li din is-sena se tkun qed tittella’ b’mod differenti minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
//= $special ?>