L-imwiet kawża tal-COVID-19 jitilgħu għal 219

Ikomplu jiżdiedu l-imwiet b’rabta mal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, raġel ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fix-xahar ta’ Diċembru kellna rekord ta’ mwiet.. bit-total ikun ta’ 82