Lokali

Projezzjoni li turi l-istorja tal-Milied

Projezzjoni mad-dar li turi storja tal-Milied. Din kienet l-idea ta’ Lorraine Buttigieg u Clyde Camilleri għal dan il-Milied … Milied b’differenza

NET News tkellem ma’ din il-koppja, fejn stqarrew magħna li din l-idea bdiet oriġinarjament meta Clyde għamel projezzjoni għal ġod-dar tagħhom.

Il-projezzjoni tant intoġgħbot li flimkien iddeċiedew li jagħmlu l-projezzjoni mal-faċċata tad-dar, fin-Naxxar, b’opportunità għall-pubbliku biex ikun jista’ jsegwi wkoll.

Min-naħa tagħha, Lorraine spjegat fhiex x’jikkonsisti dan l-ispettaklu.

Lorraine u Clyde komplew li kien hemm konkorrenza sabiħa għal dawn is-sitt spettakli li saru, tant li ddeċiedew li jżidu tnejn oħrajn.

Il-koppja spjegat li hi l-intenzjoni tagħhom li, għall-Milied tas-sena d-dieħla – ladarba suppost inkunu għelibna l-pandemija u l-ħajja terġa’ lura għan-normal – jagħmlu projezzjoni fuq livell akbar u li tkun tista titgawda minn ħafna aktar nies.