Jekk din is-sena kienet ħolma kerha għal bosta, ċertament ma kienetx għal Lewis Hamilton – kemm fuq il-pista kif ukoll ‘il barra minn wara l-istirring. Dan hekk kif il-Brittaniku laħaq ir-rekord ta’ Michael Schumacher fejn kiseb 7 titli tal-Formula 1 u saħħaħ leħnu favur id-diversità fl-isport.
Għaldaqstant, il-pilota spiċċa fuq il-lista tan-knighthood li r-Reġina Eliżabetta II tonora fl-Ewwel tas-Sena. Hamilton, li illum għandu 35 sena, mistenni jkun ir-raba pilota tal-Formula 1 li ser ikun qed jingħata dan l-unur tant prestiġjuż wara li ingħataw dan l-istess titlu, Sir Stirling Moss, Sir Jackie Stewart u l-Awstraljan, Sir Jack Brabham.
Din is-sena wkoll, Hamilton qabeż ir-rekord tal-Ġermaniż Michael Schumacher, f’dak li għandu x’jaqsam rebħiet tal-Grand Prix.
B’rabta ma’ dan l-unur kien hemm xettiċiżmu qawwi hekk kif Lewis m’għadux jgħix fir-Renju Unit iżda f’Monaco – madanakollu qed jiġi rrapportat li kien il-Prim Ministru Boris Johnson innifsu li għamel tajjeb sabiex jiżgura li Hamilton jingħata dan l-unur sabiex tiġi rikonoxxuta ħidmietu fl-isport, kif inhu xieraq.
//= $special ?>