Lokali

VOX POP: X’kienu l-aktar kliem popolari tal-2020 ?

Kif kien mistenni il-pandemija tal-Covid-19 biddlet ħajjitna sew. Iżda biddlet ukoll il-mod kif nitkellmu … għax kulħadd kelma waħda, ħlief fuq il-virus ma tismax!

Fil-fatt, fl-aħħar jum tal-2020, NET News żar il-Belt Valletta u staqsejtna lin-nies li qed igawdu dawn il-jiem ta’ vaganzi x’kienu l-aktar kliem jew frażijiet li użaw matul is-sena li waslet biex tintemm … b’ħafna minnhom jgħidulna li l-aktar li użaw kienu kliem relatati mal-pandemija.

Min-naħa l-oħra, dawk kollha li kellmuna esprimew ix-xewqa li s-sena l-ġdida tkun aħjar minn ta’ qabilha … bi stennija li nerġgħu lura għan-normalità ħalli nkunu nistgħu nerġgħu nħaddnu magħna lil dawk l-aktar għeżiż għalina.