Aħbar pożittiva f’dawn il-jiem għaż-żagħżugħ Jamie Gambin hekk kif Sliema ASC laħqu ftehim mal-klabb tas-Serie A2 Tuscolano biex ikompli l-istaġun magħhom. Gambin se jkollu wkoll l-opportunità wkoll li jitħarreġ ma’ Lazio, tim li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Taljana. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Gambin barra minn xtutna. Fl-2016, Gambin kien preżentat b’opportunità biex jilgħab fil-kapitali Ungeriża Budapest. F’dawk ix-xhur hu kien ingħaqad b’self ma’ OSC-Ujbuda taħt it-tmexxija tal-eks kowċ ta’ Sliema Vince Balasz.
Fl-aħħar snin hu kien jinsab fl-Università ta’ Lindenwood fl-Istati Uniti biex ikompli bl-istudji tiegħu filwaqt li jibqa’ jilgħab il-waterpolo. Fis-sajf kien jagħti l-kontribut tiegħu fit-tim Slimiż. Gambin temm b’suċċess l-istudji tiegħu u llum hu gradwat fix-Xjenza Bioloġika. Mat-tim nazzjonali, Gambin ifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena li lagħab fil-fażi finali tal-ewwel edizzjoni tal-Logħob Ewropew f’Baku fl-2015 filwaqt li kien anki utilizzat f’xi tournaments tat-tim nazzjonali mill-kowċ Karl Izzo.
“Ninsab ħerqan ħafna li nitħarreġ ma’ Lazio u Tuscolano u nilgħab ma’ dawn tal-aħħar. Naħseb li se tkun esperjenza mill-aqwa,” qal Jamie Gambin f’kuntatt li għamel miegħu dan is-sit.
//= $special ?>