Futbol Sport

Guardiola qed jikkunsidra offertà għal Harry Kane u Pochettino irid lil Hugo Lloris

Rapporti persistenti fil-media Ingliża qegħdin jirrappurtaw li Manchester City qed jippjanaw offerta xokkanti ta’ £90 miljun għall-attakkant ta’ Tottenham Harry Kane fis-sajf li ġej.

Il-Manager Pep Guardiola qed jivvaluta l-għażliet tiegħu biex jieħu post l-attakkant stilla tiegħu Sergio Aguero li donnu ma jistax jirkupra minn injury li ġarrab.

Qed jingħad li Pep għandu lill-kaptan tal-Ingilterra u Spurs f’moħħu. Kane huwa wiħed mill-aqwa attakknati fid-dinja u ddiistingwa ruħu matul l-istaġuni li għaddew fejn skorja 20 gowl jew aktar fil-kompetizzjonijiet kollha fl-aħħar sitt staġuni u rebaħ żewġ premjijiet tal-Premier League Golden Boot.

Il-kaptan tal-Ingilterra kien il-mutur, flimkien ma’ sieħbu fl-attakk Son Heung-min, wara l-bidu eċċellenti ta’ Tottenham dan l-istaġun. Minbarra fl-Ingilterra rapporti fuq l-interess ta’ Guardiola għal Kane qegħdin joħorġu wkoll fil-media Ġermaniża fejn qed jingħad li Pep qed jippjana biex jieħu lil Kane l-Etihad.

Minkejja bidu sodisfaċenti għal Tottenham dan l-istaġun l-partitarji tagħhom ma tantx jidher li huma kuntenti bil-mod kif qed jilgħab Mourinho, stil difensiv għall-aħħar.

Huwa biss jekk jirnexxielhom jirbħu xi unur maġġuri li l-partitarji ma’ jkomplux bil-kritika tagħhom u Kane li għandu 27 sena jista’ jkun li jagħżel li jħalli l-klabb biex jirbaħ unur.

Jekk Tottenham jonqsu milli jagħmlu dan mistenni l-exodus ta’ diversi plejers fosthom il-gowlkiper tat-tim nazzjonali Franċiż Hugo Lloris li qed jinteressa bis-sħiħ lill-Maniġer il-ġdid tagħhom Maurizio Pochettino li għadu kemm ingħaqad ma’ Paris Saint Germain.

Minbarra Lloris, Pochettino għandu relazzjoni tajba wkoll ma’ Jermaine Delle Ali li dan l-aħħar kisirha minn ma’ Josè Mourinho, bl-attakkant internazzjonali Ingliż qed jinteressa ħafna lir-rivali ta’ Spurs, Arsenal.

Dwar Lloris qed jingħad li Tottenham diġa qed jippreparaw lilhom infushom għall-offerta ta’ Paris Saint-Germain. Il-gowlkiper ilu ma’ fit-tramuntana ta’ Londra mill-2012 u kien inħatar kaptan minn Mauricio Pochettino stess tliet snin wara.

Qed jingħad li Spurs diġà xeħtu għajnejhom fuq il-gowlkiper ta’ West Brom Sam Johnstone kif ukoll il-gowlkiper numru tnejn ta’ Manchester United Dean Henderson jekk jitilfu lil Lloris.