L-eks Maniġer ta’ Manchester United, Chelsea, Aston Villa u l-Iskozja Tommy Docherty miet wara marda twila fl-età ta’ 92 sena. Docherty beda l-karriera tiegħu bħala plejer ma’ Celtic iżda għamel isem meta lgħab aktar minn 300 logħba tal-kampjonat għal Preston North End.
Huwa kien jilgħab bħala midfielder irtirat fuq il-lemin u dan fis-snin ħamsin. Meta temm il-karriera tiegħu ma’ Arsenal u wara Chelsea, u lgħab mat-tim nazzjonali Skoċċiż għal 25 darba u kien parti mill-iskwadra li kkompetiet fit-Tazza tad-Dinja tal-1958 fl-Iżvezja.
Madankollu iżda kien bħala Maniġer li ħalla l-marka tiegħu u kiser popolarità kbira. Docherty mexxa diversi klabbs inklużi Chelsea, Aston Villa, Porto, Derby u QPR.
Fl-erba’ snin u nofs tiegħu mal-United rawh jieħu l-klabb lura fl-Ewwel Diviżjoni l-qadima (illum Premier) f’nofs is-snin sebgħin u għall-Finali suċċessivi tal-FA Cup fl-1976 u fl-1977.
F’tal-ewwel huwa tilef 1-0 kontra Southampton iżda sena wara il-United iċaħħdu lil Liverpool mit-treble wara li kiennu rebħu l-kampjonat u t-Tazza taċ-Champions Ewropea, b’rebħa ta’ 2-1 fuq ir-rivali tagħhom f’Wembley.
Docherty miet id-dar tiegħu fil-majjistral tal-Ingilterra fil-31 ta’ Diċembru. Kelliem għall-familja qal: ‘Tommy miet paċifikament imdawwar mill-familja tiegħu d-dar.
‘Kien raġel, missier u missier maħbub ħafna u se jinħass ħafna. Aħna nitolbu li l-privatezza tagħna tkun rispettata f’dan il-ħin. Mhux se jkun hemm kumment ieħor.’
Wara li mexxa diversi klabbs u sar Maniġer tat-tim nazzjonali Skoċċiż baqa’ sejjer biex ħa f’idejh il-post tal-ħabib tiegħu Frank O’Farrell mal-United u, minkejja li r-Red Devils ġew relegati, Docherty kien kapaċi jaqta ‘r-rabtiet mal-passat u jibni tim ġdid.
Leġġendi bħal Sir Bobby Charlton, Denis Law u George Best telqu u tfaċċa tim ġdid imdawwar bi plejers żgħażagħ bħal Sammy McIlroy u Brian Greenhoff u akkwisti mill-kampjonati inferjuri bħal Gordon Hill u Steve Coppell.
Lura fl-għola diviżjoni huma kienu spiċċaw it-tielet u tilfu kontra Southampton fil-finali tal-FA Cup u, sena wara, rebħu l-FA Cup, meta għelbu lil Liverpool f’Wembley biex wqqfu lit-tim ta’ Bob Paisley milli jidħlu fl-istorja bi Treble tal-l-ogħla unuri, xi ħaġa li ironikament irnexxielhom jagħmlu l-United fl-1999.
//= $special ?>

