Edinson Cavani se jitlef it-tliet logħbiet li jmiss ta’ Manchester United kontra Aston Villa, Manchester City u Watford wara li ġie akkużat mill-FA bi ksur aggravat tar-regoli tagħhom.
Il-plejer ta’ 33 sena ngħata sospensjoni wara li tella’ post fuq Instagram li għall-FA Ingliża kellu konotazzjoinijiet razzisti wara r-rebħa ta’ 3-2 li l-United kellhom f’Southampton ix-xahar li għadda.
Cavani ġie mmultat ukoll £ 100,000 u jrid itemm kors edukattiv wara li għażel li ma jappellax id-deċiżjoni. L-attakkant Urugwajan inqabad bi traduzzjoni fuq kumment li għadda wara li skorja żewġ gowls biex għen lil United jieħdu t-tliet punti wara li wettqu rimonta meta kienu żewġ gowls minn taħt.
It-traduzzjoni ta’ ‘gracías negrito’ tfisser ‘grazzi sewda’ ‘imma Cavani, li l-laqam tiegħu huwa Matador, kien qed iwieġeb lil ħabib li kiteb,’ Asi te quiero, Matador ‘, li jittraduċi bħala: “Inħobbok hekk, Matador.”
Huwa ħassar malajr il-post wara li ġie infurmat bil-kuntest li kien hemm, u li dan jista’ jinftiehem bħala messaġġ razzist anke jekk ma kienx il-każ. Cavani ħassar malajr il-messaġġ iżda l-FA xorta imponew sospensjoni ta’ tliet logħbiet.
Cavani għalhekk se jitlef il-konfront tal-Ewwel tas-Sena kontra Aston Villa f’Old Trafford, kif ukoll is-semi-finali tat-Tazza Carabao tal-Erbgħa filgħaxija kontra Manchester City u l-partita tat-tielet rawnd tal-FA Cup kontra Watford fid-9 ta’ Jannar.
//= $special ?>

