Futbol Sport

Manchester United jitilgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Liverpool

(Ritratt: EPA)

Manchester United kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Aston Villa biex b’hekk telgħu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Liverpool bi 33 punt. ANTHONY MARTIAL fetaħ l-iskor għal Manchester United ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’daqqa ta’ ras tajba fuq cross ta’ Wan-Bissaka. BERTRAND TRAORE ġab l-iskor indaqs fit-58 minuta b’konklużjoni fuq pass ta’ Jack Grealish. Tliet minuti biss wara Manchester United ingħataw penalty wara li Luiz waqqa’ lil Pogba fil-kaxxa biex minn ħdax-il metru BRUNO FERNANDES għamilhom 2-1.

F’Goodison Park gowl lejn it-tmiem ta’ rebħa importanti lil West Ham United fuq Everton. Meta il-partita dehret destinata għal draw, fis-86 minuta, ix-xutt ta’ Aaron Cresswell kien imblokkat b’TOMAS SOUCEK jirregixxi u jkun l-ewwel fuq il-ballun biex xeħet ġewwa biex ta tliet punti lit-tim ta’ David Moyes kontra l-eks tim tieghu.

PREMIER LEAGUE

Illum: Everton v West Ham 0-1, Man Utd v Aston Villa 2-1 Għada: Tottenham v Leeds 1.30pm, C. Palace v Sheff. Utd 4.00pm, Brighton v Wolves 6.30pm, WBA v Arsenal 9.00pm Il-Ħadd: Burnley v Fulham 1.00pm, Newcastle v Leicester 3.15pm, Chelsea v Man City 5.30pm It-Tnejn: Southampton v Liverpool 9.00pm