Coronavirus Lokali Saħħa

Mary Pizzuto hija l-ewwel anzjana li ħadet il-vaċċin

Mary Pizzuto, residenta fil-Faċilità San Vinċenz de Paul, hija l-ewwel anzjana f’pajjiżna li rċeviet il-vaċċin tal-COVID-19.

Pizzuto għandha 94 sena u ngħatat il-vaċċin aktar kmieni llum fis-sala Ġwanni Pawlu II tal-Faċilità San Vinċenz de Paul.

Apparti l-ewwel anzjana, illum se jkun hemm 40 anzjani oħrajn li se jkunu qed jingħataw it-tilqima, kif ukoll 15-il membru tal-istaff tar-Residenza San Vinċenz de Paul.