Coronavirus Futbol Sport

Aktar partiti sospiżi minħabba l-coronavirus

Ġew sospiżi aktar logħbiet mill-Kampjonat Premier Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-MFA ħabbret li se jkunu posposti żewġ logħbiet ta’ Gudja United, illum ġew posposti ukoll il-logħob ta’ Valletta F.C. Dan għaliex Valletta F.C. qegħdin josservaw perjodu ta’ kwarantina mandatorja wara li xi plejers u membri mit-technical staff instabu pożittivi għall-coronavirus.

Il-logħbiet sospiżi huma kontra Ħamrun F.C. (5 ta’ Jannar 2021) u Sliema Wanderers (11 ta’ Jannar 2021) li se jkunu skedati għall-data oħra.

Minħabba dawn il-posponimenti kien hemm ukoll tibdil f’dawn il partiti: It-Tlieta 5 ta’ Jannar 2021: Hibernians Stadium: Balzan vs Santa Lucia 9.00pm Is-Sibt 11 ta’ Jannar 2021: Hibernians Stadium: Hibernians vs Senglea Athletic 2.00pm