Għadha għaddejja t-tfittxija għal Marcel Pisani, r-raġel ta’ 50 sena li ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija fl-aħħar jum tas-sena.
Marcel Pisani juża siġġu tar-roti u deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa l-Mosta. Hu jagħmel użu minn vettura Ranault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>