Ħafna minna, f’dawn il-jiem, kilna fuq li kilna. Flimkien ma’ dawk għeżież għalina ma naqsux xi naqra għaġin, xi biċċa laħam tajba u anke l-ħelu. U dan bl-iskuża li rridu ngawdu l-Milied.
Umbagħad, meta nibdew inħossu li qishom il-ħwejjeġ qed jinxtorbu, ngħidu li r-riżoluzzjoni għas-sena l-ġdida se tkun id-dieta.
Iżda spiss jiġri li appena tibda s-sena, malajr ninsew f’dik ir-riżoluzzjoni. Għax fil-verità, mhux faċli li f’salt taqleb għal dieta stretta.
Fil-fatt, ma’ NET News, il-Gym Instructor Kelly Ann Mintoff tispjega li wieħed jiżbalja meta jaħseb li jista’ jbiddel l-istil ta’ dieta mil-lum għall-għada.
Minflok, Kelly Ann spjegat li s-sigriet hu li tgħix ħajja bilanċjata … fejn tiekol ftit minn kollox. Barra minhekk, mhux tajjeb tillimita lilek innifsek u tiċċaħħad minn diversi ikel, iżda wieħed għandek dejjem issib it-triq tan-nofs.
Kelly Ann sostniet li llum il-ġurnata hawn ħafna konxji tal-bżonn li jagħmlu l-eżerċizzju u anke ta’ x’tip ta’ ikel jieklu. U dawn il-fatturi mhux biss jgħinu li wieħed ikollu l-figura li jixtieq, iżda wkoll jekk ikun għaddej minn żmien diffiċli u jkollu l-istress
Iżda x’inhu l-messaġġ finali li Kelly Ann tgħaddi lil dawk li jaqtgħu qalbhom milli jbiddlu l-istil ta’ ħajja li jgħixu, l-ikel u anke forsi li jibdew jagħmlu l-eżerċizzju?
//= $special ?>