F’intervistà li ta lill-Gazzetta dello Sport, il-Papa Franġisku ddeskriva lil Diego Maradona bħala poeta fil-grawnd iżda qal ukoll li kien raġel fraġli u kawża tas-sustanzi li kien jieħu tilef id-dinjità tiegħu bħala persuna.

Il-Papa Franġisku rrakkonta wkoll kif meta kien żgħir spiss kien imur il-grawnd isegwi lit-tim mill-Arġentina San Lorenzo fejn fl-1946 kienu rebħu l-kampjonat. Il-Papa tkellem ukoll dwar il-korruzjoni fl-isport fejn qal li aħjar titlef mill-tirbaħ partita b’mod maħmuġ.
//= $special ?>