Mauricio Pocchetino nħatar kowċ ta’ PSG wara li aktar kmieni din il-ġimgħa keċċew lill-kowċ Thomas Tuchel. Pocchetino kien il-favorit li jieħu post Tuchel wara ftit aktar minn sena mingħajr tim. Pocchetino mexxa lil Tottenham Hotspur għal ħames snin mill-2014 sa l-2019, u fl-2019 wassal lit-tim sa l-ewwel finali tal-UEFA Champions League fl-istorja tal-club fejn ġew megħluba bl-iskor ta’ 2-0 kontra Liverpool F.C. PSG se jkunu qed jittamaw li Pocchetino jirnexxielu jirbaħ il-UEFA Champions League għat-tim Franċiż, wara li s-sena l-oħra ħarġu telliefa fil-finali kontra Bayern Munich.
//= $special ?>Pochettino maħtur kowċ ta’ PSG
