Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet posposta il-logħba bejn Tottenham u Fulham, illum il-Premier League ħabbar li ġiet posposta ukoll il-partita bejn Burnley u Fulham wara li nstabu aktar każijiet pożittivi fi Craven Cottage.
Fi stqarrija il-Premier League saħaq li jinsab fiduċjuż li l-kampjonat Ingliż se jkun jista’ jkompli kif inhu pjanat minħabba li fl-aħħar round ta’ testijiet kien hemm ftit każijiet pożittivi. Dan filwaqt li jisguraw is-saħħa ta’ dawk involuti fil-partiti kollha tal-Premier League.
//= $special ?>