Futbol Sport

Potenza jitkellem b’esklussiva ma’ Replay wara li rriżenja minn ma’ Floriana

L-eks kowċ ta’ Floriana, Vinecezo Potenza se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn meta rreżenja minn kowċ taċ-champions fit-tmiem ta’ Diċembru. Fl-2020, Potenza kellu estremi differenti ma’ Floriana u bħala kowċ, fejn rebaħ il-Kampjonat Premier, u allura wassal lill-greens għall-ewwel Kampjonat f’27 sena, u fl-istaġun il-ġdid, wara tnax-il partita, l-istess skwadra li kien qed imexxi hu, tinsab fl-għaxar post tal-klassifika. Kuntrast enormi li wassa biex l-istes kowċ minn Napli ħa d-deċizjoni li jirreżenja mit-tmexxija teknika ta’ Floriana.

Għada l-Ħadd, fid-8:45pm fuq Net Television, Potenza se jkun qed jitkellem b’esklussiva fil-programm Replay. F’intervista ma’ Christian Micallef, Potenza jitkellem dwar il-fatturi kollha li skont hu wasslu għall-bidla fl-ambjent ta’ Floriana fl-2020.