Lokali

Stqarrija mid-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għall-ġenerożità straordinarja li wera waqt il-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi Festa ta’ Ġenerożità organizzata nhar l-ewwel tas-sena. Dawn id-donazzjonijiet se jkunu mezz importanti sabiex id-Dar tkun tista’ tkompli bil-ħidma professjonali li toffri lir-residenti b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Hekk kif stabbilit mill-policies tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, donazzjonijiet fi flus kontanti aktar minn €5,000 u donazzjonijiet jew pledges oħra ‘l fuq minn €10,000 minn individwi jew kumpaniji huma suġġett ta’ proċess ta’ verifika.

Bħala parti minn dan il-proċess u f’konformità mal-obbligi regolatorji, Id-Dar tal-Providenza talbet iktar dokumentazzjoni wara li rċeviet pledge ta’ €500,000 minn Catco Group Capital Investment. Id-Dar tal-Providenza ma toqgħodx biss fuq dokumentazzjoni pprovduta imma tagħmel il-proċess ta’ verifika tagħha qabel taċċetta tali donazzjonjiet.

L-aċċettazzjoni ta’ din id-donazzjoni hija suġġett għall-proċess intern ta’ verifika tad-Dar.