Lokali

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi

Wara x-xita li ħakmet il-gżejjer Maltin matul il-jum tal-Ewwel tas-Sena, jidher li se nkunu nistgħu nserrħu xi ftit rasna li fil-jiem ta’ wara, it-temp jisbieħ xi ftit.

Hekk qed ibassar l-Uffiċċju Meteoroloġiku, fl-istess waqt li għadd ta’ pajjiżi Ewropej għadhom maħkuma fl-eqqel ta’ maltemp qalil.

Iżda f’pajjiżna, wara t-temp kiesaħ u x-xita li ddominaw il-ġurnata tal-Ġimgħa, reġa’ ddomina l-ikħal fis-smewwiet, b’temp xemxi u bil-qawwa tar-riħ naqset sew.

U għalkemm l-Uffiċċju Meteoroloġiku jbassar l-istess temp għall-jum tal-Ħadd, xorta nissuġġerixxu li wieħed iġorr miegħu l-umbrella.

Għax għalkemm mhux bil-qawwa tal-Ġimgħa, dakinhar mistennija wkoll xi ħalbiet iżolati tax-xita.