Lokali

Akkużat li ta daqqa ta’ martell waqt argument

Xufier ta’ cab il-Ħadd filgħodu wieġeb mhux ħati ta’ akkużi li weġġa’ gravament lil Rumen wara li allegatament tah daqqa b’martell fl-Ewwel tas-Sena.

L-akkużat, Christian Lawrence Desira ta’ 35 sena miż-Żejtun deher il-Qorti dwar l-inċident li seħħ f’San Ġiljan għall-ħabta tat-3:20pm fejn allegatament weġġa’ lil Alin Mircea Ladariu u hedded lil Kolumbjan, Luis Pierino Vargas Garcia.

F’dikjarazzjoni li saret mill-Pulizija, jidher li l-ewwel marru ż-żewġ barranin jagħmlu rapport li ġew attakkati minn raġel. Ftit tal-ħin wara, ix-xufier daħal ukoll l-għassa tal-Pulizija biex jirraporta li kellu argument mal-istess żewġ persuni.

Desira ngħata l-libertà proviżorja filwaqt li ġie ordnat iħallas depositu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.

Hi ġie ordnat jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa.

Avukati f’isem il-White Taxi Association kkjarifikaw li s-sewwieq f’dan il-każ ma kienx sewwieq ta’ White Taxi, għalkemm netnews.com.mt fl-ebda punt ma rrefera għal White Taxis.