Lokali

COVID-19: 85 każ ġdid, ifiqu 64

Matul l-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 85 każ ġdid ta’ Covid-19 dan filwaqt li fiequ 64 persuna.

Mit-88 każ li kienu rreġistrati is-Sibt, 18 kienu persuni li kellhom qraba pożittivi, 9 ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 4 każi kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi filwaqt li 3 persuni ħadu dan il-virus minn attivitajiet soċjali. Il-kumplament tal-każi jiġifieri 54 huma sporadiċi jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.

Il-każi totali minn Marzu ‘l hawn jammontaw għal 13,082 filwaqt li fiequ 11,275.

Bħalissa, it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna huwa ta’ 1,590.