Rapporti mill-Italja qed jgħidu li l-varjant tal-Covid-19 qed jaqbad ferm aktar lit-tfal u ż-żgħażagħ milli lil dawk l-aktar maturi fl-età.
Il-virologu Roberto Burioni, professur fl-Università ta’ San Raffaele f’Milan qal li minn studju li wettaq dan il-varjant qed ikun aktar influenti fit-tfal kollha sal-età ta’ disa’ snin, u fis-subien bejn l-etajiet ta’ 10 u 19-il sena.
Huwa qal li meta tagħmel riċerka bħal din u ssib dan ir-riżulatat wieħed għandu jappella biex issir aktar sorveljanza fil-konfront tal-ftuħ tal-iskejjel fl-Italja li għandhom jiftħu fis-7 ta’ Jannar.
Il-virologu kompla li l-aħbar it-tajba hi li aktar ma jitlaqmu n-nies malajr, aktar dan il-varjant se jkun ikkontrollat, b’hekk huwa tenna biex ma jkunx hemm aktar dewmien fil-mod kif qed jingħata l-vaċċin.
//= $special ?>