Lokali

Imut Anthony D’Amato – sid il-ħanut rinomat għall-mużika fil-Belt Valletta

Illum ġiet imħabbra l-mewt ta’ sid tal-ħanut rinomat għall-mużika li jinsab fil-Belt Valletta, Anthony D’Amato, fl-età ta’ 75 sena.

Dan ġie mħabbar minn ibnu stess, li qal li sa tliet ġimgħat ilu kien għadu jmur jiftaħ il-ħanut li tant kien għal qalbu, sakemm sfortunatament ma felaħx iktar u kellu jagħti ċ-ċwievet lill-ibnu. Hu kien ilu jieħu ħsieb il-ħanut għal dawn l-aħħar 60 sena.

Il-ħanut ilu jservi lil għadd ta’ klijenti mill-1885, ħanut żgħir li jinsab f’Triq San Ġwann u hu wieħed mill-għeqdem ħwienet tat-tip tiegħu minn madwar id-dinja kollha.

D’Amato se jingħata l-aħħar tislima it-Tlieta filgħodu fil-Knisja tal-Karmelitani, fil-Belt Valletta.