Milan baqgħu mhux megħluba fil-kampjonat meta barra minn darhom għelbu lil Benevento 2-0. Kienu Milan li fetħu l-iskor wara biss kwarta logħob permezz ta’ penalty ta’ FRANCK KESSIE. Milan sfaw jilgħabu b’għaxar plejers wara 34 minuta meta Sandro Tonali daħal b’mod ikrah fuq Pasquale Schiattarella. Minkejja dan, Milan xorta kienu dominant u fetħu l-iskor fid-49 minuta b’gowl mill-isbaħ ta’ RAFAEL LEAO li aċċerta mit-tliet punti għal Milan. Benevento kellhom ċans jidħlu fil-partita fil-61 minuta, iżda Gianluca Carpari naqas milli jiskorja minn penalty.
Inter kisbu rebħa kbira ta’ 6-2 fuq Crotone fi Stadio San Siro u b’hekk kisbu t-tmien rebħa konsekuttiva fil-kampjonat. Kienu Crotone li fetħu l-iskor wara 12 –il minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ NICCOLO ZANELLATO. Tmien minuti biss wara, LAUTARO MARTINEZ jagħmilhom 1-1 b’konklużjoni tajba. Awto-gowl ta’ LUCA MARRONE fil-31 minuta poġġa lil Inter fil-vantaġġ bi Crotone jwieġbu u jġibu l-iskor indaqs ħames minuti wara permezz ta’ penalty ta’ VLADIMIR GOLEMIC. Fit-tieni taqsima Inter urew is-superjorità tagħhom u fis-57 minuta LAUTARO MARTINEZ għamilhom 3-2 biex wara azzjoni personali ROMELU LUKAKU skorja ir-raba’ gowl ta’ Inter. MARTINEZ għaqqad il-hat-trick fit-78 minuta b’daqqa ta’ ras mill-vicin wara li x-xutt ta’ Perisic kien parzjalment salvat minn Cordaz biex ACHRAF HAKIMI skorja s-sitt gowl fis-87 minuta f’rebħa tennistika għat-tim imexxi minn Antonio Conte.
Juventus irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Fiorentina meta għelbu lil Udinese 4-1. Udinese kellhom gowl mħassar fit-12 –il minuta wara konsultazzjoni mal-VAR ir-referee saffar għal-foul fl-azzjoni tal-gowl. Juventus marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta wara żball ta’ Rodrigo de Paul kien Cristiano Ronaldo li poġġa l-ballun fix-xibka għal 1-0. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Juventus irduppjaw permezz ta’ Federico Chiesa li skorja fuq pass ta’ Cristiano Ronaldo.
Juventus għamluhom tlieta fis-70 minuta meta minn pass ta’ Bentancur kien issolitu CRISTIANO RONALDO li minn pożizzjoni tajba ma żbaljax għal 3-0. Lejn it-tmiem Udinese skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ MARVIN ZEEGELAAR. PAOLO DYBALA għamilhom 4-1 ftit tas-sekondi wara.
Napoli rritornaw għar-rebħ wara tliet partiti meta f’ Sardenja għelbu lil Cagliari 4-1. PIOTR ZIELINSKI fetaħ l-iskor għal Napoli wara 25 minuta meta kkonkluda fuq pass tajjeb ta’ Petagna. JOAO PEDRO ġab l-iskor indaqs mas-siegħa logħob biex Zielinski żewġ minuti wara għamilhom 2-0 meta wara li qabeż plejer kkonkluda wara Cragno. Cagliari sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta fil-65 minuta tkeċċa Charalambos Lykogiannis għat-tieni karta safra. Napoli approfittaw minn dan u fl-74 minuta HRIVING LOZANO għamilhom 3-1, biex erba’ minuti mit-tmiem LORENZO INSIGNE għamilhom 4-1 permezz ta’ penalty.
Atalanta kisbu l-ħames riżultat pożittiv konsekuttiv meta fil-Gewiss Stadium kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Sassuolo. DUVAN ZAPATA fetaħ l-iskor wara 11-il minuta wara li approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Sassuolo. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, Atalanta rdoppjaw b’konkuzjoni mill-isbah ta’ MATTEO PESSINA biex hames minuti minn ftuh it-tieni taqsima, DUVAN ZAPATA skorja t-tieni gowl personali tieghu u t-tielet wiehed ghal Atalanta. It-tim ta’ GianPiero Gasperini kompla jkabbar l-iskor u fis-57 minuta ghamluhom 4-0 permezz ta’ konkluzjoni ta’ ROBIN GOSENS. LUIS MURIEL ghamilhom hamsa hdax –il minuta wara. Il-gowl ta’ konsulazzjoni ghal Sassuolo wasal kwarta mit-tmiem permezz ta’ VLAD CHIRICHES.
SERIE A
Illum: Inter v Crotone 6-2 ,Atalanta v Sassuolo 5-1, Cagliari v Napoli 1-4, Fiorentina v Bologna 0-0, Genoa v Lazio 1-1, Parma v Torino 0-3, Roma v Sampdoria 1-0, Spezia v Verona 0-1, Benevento v Milan 0-2, Juventus v Udinese 4-1