Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 32 sena qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, meta il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna fi Triq Gedrin, r-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn van Isuzu Rodeo misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Għarb u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 32 sena, residenti Għajnsielem.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.