Lokali

Kanzunetta għal iktar għarfien dwar is-saħħa mentali tat-tfal

Il-kanzunetta bl-isem ta’ ‘All I Need’ li saret għall-proġett ‘Shout Out for Mental Health’ għal iktar għarfien dwar is-saħħa mentali tat-tfal u l-addoloxxenti.

Il-lirika tal-mużika tirrifletti fuq l-esperjenzi u s-sentimenti li ż-żgħar jgħaddu minnhom f’età tant vulnerabbli, iżda tinkoraġixxi biex wieħed ma jaqtax qalbu, anzi jibqa’ jiġġieled sakemm tinstab soluzzjoni u jasal żmien aħjar.

Net News tkellem ma’ Pauline Zammit fejn spjegatilna iktar għaliex din il-kanzunetta saret.

Il-mużika, li saret b’kollaborazzjoni ma’ Gianluca Bezzina Paul Bezzina, tkompli tesprimi l-importanza li wieħed jitkellem mal-oħrajn u jitlob l-għajnuna meta wieħed ikun għaddej minn żmien diffiċli.

Dan il-proġett qed isir mill-Premju tal-President għall-Kreattività flimkien mal-Uffiċju tal-President u l-Kunsill tal-Arti fejn l-għan ewlieni kien li jżidu għafien dwar is-saħħa mentali u jħeġġu biex wieħed ifittex l-għajnuna.